Drapp abjad malajr jitħammeġ, trid tieħu iżjed ħsiebu.
Min ifottik fin-negozju ipprova fottih.
In-nies tagħmlek għani u ma tkun tatek xejn, u tagħmlek fqir u ma tkun ħaditlek xejn.
Fin-negozju r-reputazzjoni kollox, jekk tkun tajba n-nies ikunu jriduk u jekk tkun ħażina n-nies jaħarbuk.
Dak li jkollu x’jikseb ikun ilu jikteb.
Il-flus ma jaqgħux mis-sema, trid tkun ilek tippjana u tikkalkula.
Ix-xorb raġel min ibigħu, mhux min jixorbu.
Min ibigħ ix-xorb jaqla' ħafna flus, iżda minn jikkunsmah ibati għax saħħtu tmur lura.
Il-kont u l-għadd ma jistħu minn ħadd.
Ikkontja u għodd bi preċiżjoni biex tkun taf l-affarijiet tiegħek u ma jqarrqux bik.
Bejjiegħ b’għajn waħda, xerrej b’seba’ għajnejn.
Min ibigħ jaf ikun irid jeħles mill-oġġett akkost ta' kollox, u għalhekk ix-xerrej għandu joqgħod attent biex ma jitqarraqx.
Mal-ħbieb m’hemmx negozju.
Il-ħbiberija mhix kumpatibbli man-negozju u l-flus.
Kulħadd jiftaħar bil-bejgħa tiegħu.
Ħadd ma joqgħod iwaqqa' lilu nnifsu biex jidher agħar minn ħaddieħor.
Kulħadd ibegħlek milli għandu.
Ħadd ma jista' jtik milli m'għandux, bl-istess mod li kulħadd iġib ruħu skont il-karattru tiegħu.
Aħjar ħabib fis-suq minn mitt skud fis-senduq.
Fil-bżonn, ħabib li jaqilgħek jiswiek iżjed mill-flus.
In-nies tagħmlek għani u ma tkun tatek xejn, u tagħmlek fqir u ma tkun ħaditlek xejn.
Fin-negozju r-reputazzjoni kollox, jekk tkun tajba n-nies ikunu jriduk u jekk tkun ħażina n-nies jaħarbuk.
Aqbad u qabbad.
Tħallas mill-ewwel, għax jaf ma tarahom qatt dawk il-flus.
Meta raġel iżiegħed il-but, ħajtu dejjem f’xifer ix-xtut.
Meta tkun stabene u ġidek dejjem jiżdied (= iżiegħed il-but), dejjem għandek ir-riskju li jisirquk jew jagħmlulek xi tip ta' vendikazzjoni.
Min iħallas qabel ħut jinten jiekol.
Tħallasx wisq flus minn qabel għal dak li tkun ordnajt għax ix-xogħol ma jagħmluhulekx sew.
Mill-ħabba ssir ċinkwina u miċ-ċinkwina jsir il-karlin.
Meta l-flus tħaddimhom tajjeb (f'investimenti, eċċ.) jiżdiedu. Ċinkwina kienet tiswa ħames ħabbiet u karlin kien jiswa għaxar ħabbiet; huma flus li kienu jintużaw Malta fi żmien il-ħakma Ingliża.
Kulħadd ibegħlek milli għandu.
Ħadd ma jista' jtik milli m'għandux, bl-istess mod li kulħadd iġib ruħu skont il-karattru tiegħu.
Min iħallas qabel xogħol ħażin jieħu.
Tħallasx wisq flus minn qabel għal dak li tkun ordnajt għax ix-xogħol ma jagħmluhulekx sew.
Bla spejjeż ma tagħmilx flejjes.
Trid tonfoq il-flus sabiex iddaħħal aktar flus.
Il-kont u l-għadd ma jistħu minn ħadd.
Ikkontja u għodd bi preċiżjoni biex tkun taf l-affarijiet tiegħek u ma jqarrqux bik.
Fir-roħs ixtri, fil-għoli bigħ.
Fin-negozju, meta tixtri bl-irħis u tbigħ bl-għoli, tmur minn fuq.
Fin-negozju moħħok irid ikun jilħaqlek.
Trid tħaddem moħħok u tkun makakk biex in-negozju li jkollok jirnexxi.