Li tirreklama s-servizzi jew in-negozju tiegħek ukoll importanti biex tirnexxi.
Il-ġobon Sqalli ftit qligħ iħalli.
Il-ġobon Sqalli kien jiswa ħafna biex jiġi impurtat, allura ftit li xejn kien iħallilu qligħ lil tal-ħanut. Dak li mhux vallapena, tagħmlux.
Kategoriji: il-flus | in-negozju
Qwiel relatati
L-ispirtu raġel min ibigħu, jgħid is-sakran.
L-alkoħol jagħmel ħsara kbira lil min għandu l-vizzju tiegħu, iżda jqalla' ħafna flus lin-negozjant li jġibu.
Għand min jonqsu l-aħjar ma tistax issiblu aħjar.
Fin-negozju tixtrix mingħand min għandu reputazzjoni ħażina.
Dak li jkollu x’jikseb ikun ilu jikteb.
Il-flus ma jaqgħux mis-sema, trid tkun ilek tippjana u tikkalkula.
Aħjar ħabib fis-suq minn mitt skud fis-senduq.
Fil-bżonn, ħabib li jaqilgħek jiswiek iżjed mill-flus.
L-abjad xommu u erfgħu.
Drapp abjad malajr jitħammeġ, trid tieħu iżjed ħsiebu.
