Meta tibda tagħmel il-flus tiftaħarx u meta tibda titlifhom ftaħar xi ftit biex ħadd ma jinduna.
Fin-negozju m’hemmx ħbieb.
Il-bejgħ konġunturi u ż-żwieġ bin-namuri.
Fin-negozju hemm element ta' xorti, iżda fiż-żwieġ jew hemm l-imħabba jew m'hemmx.
Min iħallas qabel xogħol ħażin jieħu.
Tħallasx wisq flus minn qabel għal dak li tkun ordnajt għax ix-xogħol ma jagħmluhulekx sew.
Aħjar ħabib fis-suq minn mitt skud fis-senduq.
Fil-bżonn, ħabib li jaqilgħek jiswiek iżjed mill-flus.
Aqbad u qabbad.
Tħallas mill-ewwel, għax jaf ma tarahom qatt dawk il-flus.
Fin-negozju moħħok irid ikun jilħaqlek.
Trid tħaddem moħħok u tkun makakk biex in-negozju li jkollok jirnexxi.
Fir-roħs ixtri, fil-għoli bigħ.
Fin-negozju, meta tixtri bl-irħis u tbigħ bl-għoli, tmur minn fuq.
Mal-ħbieb m’hemmx negozju.
Il-ħbiberija mhix kumpatibbli man-negozju u l-flus.
Il-kont u l-għadd ma jistħu minn ħadd.
Ikkontja u għodd bi preċiżjoni biex tkun taf l-affarijiet tiegħek u ma jqarrqux bik.
Bla spejjeż ma tagħmilx flejjes.
Trid tonfoq il-flus sabiex iddaħħal aktar flus.
Ix-xorb raġel min ibigħu, mhux min jixorbu.
Min ibigħ ix-xorb jaqla' ħafna flus, iżda minn jikkunsmah ibati għax saħħtu tmur lura.
Min imaqdar irid jixtri.
Min imaqdar xi ħaġa, sinjal li jkun qed jipprova jwaqqgħalha l-valur bit-tama li jakkwistaha jew jixtriha (għax fil-verità tinteressah imma ma jridx juri).
Aqbad u qabbad.
Tħallas mill-ewwel, għax jaf ma tarahom qatt dawk il-flus.
Min iħallas qabel ħut jinten jiekol.
Tħallasx wisq flus minn qabel għal dak li tkun ordnajt għax ix-xogħol ma jagħmluhulekx sew.
Il-ġobon Sqalli ftit qligħ iħalli.
Il-ġobon Sqalli kien jiswa ħafna biex jiġi impurtat, allura ftit li xejn kien iħallilu qligħ lil tal-ħanut. Dak li mhux vallapena, tagħmlux.
Il-kejl u l-għadd ma jistħu minn ħadd.
Kejjel u għodd bi preċiżjoni biex tkun taf l-affarijiet tiegħek u ma jqarrqux bik.
Il-bejgħ konġunturi u ż-żwieġ bin-namuri.
Fin-negozju hemm element ta' xorti, iżda fiż-żwieġ jew hemm l-imħabba jew m'hemmx.
Aqbad u qabbad.
Tħallas mill-ewwel, għax jaf ma tarahom qatt dawk il-flus.
Bid-dieħel ħalli l-għanqbut jiddendel u bil-ħiereġ illustra l-post.
Meta tibda tagħmel il-flus tiftaħarx u meta tibda titlifhom ftaħar xi ftit biex ħadd ma jinduna.
L-ispirtu raġel min ibigħu, jgħid is-sakran.
L-alkoħol jagħmel ħsara kbira lil min għandu l-vizzju tiegħu, iżda jqalla' ħafna flus lin-negozjant li jġibu.
Għall-bejjiegħ biżżejjed għajn waħda, għax-xerrej mitt għajn.
Min ibigħ jaf ikun irid jeħles mill-oġġett akkost ta’ kollox, u għalhekk ix-xerrej għandu joqgħod attent biex ma jitqarraqx.