Il-paroli fil-vojt ma jiswa xejn. Imtieraħ huma saqqijiet.
Minn ħalqek għal ħobbok u minn ħobbok għall-art.
Superstizzjoni: jalla s-saħta li ħierġa minn ħalqek tinżel f'sidrek u fl-art, mhux tiġi fuqi.
Kategoriji: il-kliem | is-superstizzjoni
Qwiel relatati
Aħjar kelma nieqsa minn kelma żejda.
Aħjar tieħu paċenzja u tigdem ilsienek.
Kliemek tiegħmu sew qabel tlissnu.
Jekk toqgħod attent xi tgħid, ma ddejjaq lil ħadd bi kliemek.
Isma’ bilfors u emmen jekk trid.
Ikollok tisma' bilfors, iżda f'idejk temminx dak li tisma'.
Aqwa l-baqgħa mil-laqgħa.
Ftehim bil-fomm għandu jinżamm daqs ftehim bil-miktub.
Kliem ma tridux jixxerred, tgħidux.
Jekk ma tridx li dak li tgħid jinxtered, tgħid xejn.
