Ftehim bil-fomm għandu jinżamm daqs ftehim bil-miktub.
Min għandu lsienu jgħid li jrid.
Kulħadd jgħid ħafna xorti, allaħares toqgħod tagħti kas.
Kategoriji: il-kliem
Qwiel relatati
Ħaġa li ma tixraqx tagħmilhiex u kelma li tisma’ d-dar la ttennihiex.
Ġib ruħek tajjeb u qis kliemek, tikxifx dak li jingħad id-dar.
Meta l-kliem jitwal isir serp.
Il-ħafna paroli żejjed iwassal għal ħafna ġlied u mibegħda.
Dak li jħobb jixrob l-ilma ma jagħletx fil-kelma.
Min joqgħod attent xi jgħid jagħmel sew, bħal meta xi ħadd ma jitkellimx għax ikollu l-ilma f'ħalqu. "Ma jagħletx" tfisser "ma jiżbaljax", minn għelt (żball).
Il-kelma agħlaq f’qalbek u tħallihiex toħroġ.
Kelma li tista' ġġib lilek jew lil ħaddieħor fl-inkwiet, żommha għalik.
Min ma jismax bil-kelma ma jismax bid-daqqiet.
Għalxejn tuża l-vjolenza biex tikkonvinċi lil xi ħadd.
