Il-kitba mhix astratta bħall-kliem, mela oqgħod attent x'tikteb u x'tiffirma f'ismek għax 'il quddiem jaf jiddispjaċik.
Min għandu lsienu f’ħalqu jgħid li jrid.
Kulħadd jgħid ħafna xorti, allaħares toqgħod tagħti kas.
Kategoriji: il-kliem
Qwiel relatati
Ħelu fil-fomm u qares fis-sorm.
Hemm min għandu ħafna kliem sabiħ, iżda minn ġewwa jkun ikrah ħafna.
Il-bniedem tikxfu minn għewiedu.
Bniedem tkun taf x'inhu minn azzjonitu, mhux kliemu. Għewiedu tfisser l-għewied tiegħu - għewied huwa l-plural ta' għada, kelma oħra flok drawwa.
Isma’ kliem in-nies u agħmel rajk.
Isma' x'għandu xi jgħid kulħadd u wara asal għall-konklużjoni tiegħek.
Liġġem żiemlek għax jarmik, liġġem ilsienek għax jgħallik.
Għandek dejjem toqgħod attent minn dak li tgħid għax jiddispjaċik (= tagħli), bħaż-żiemel li tliġġmu (= tlibbislu lġiem) biex ma jisfrattax u jarmik minn fuq dahru.
Bejżu bejżu titħan modd, ħarra ħarra ma titħanx kejla.
Aħjar tieħu lil dak li jkun bil-kelma t-tajba.
