Il-kitba mhix astratta bħall-kliem, mela oqgħod attent x'tikteb u x'tiffirma f'ismek għax 'il quddiem jaf jiddispjaċik.
Jekk ma tikolx it-tewm, ma ġġibx riħet it-tewm.
Jekk toqgħod attent xi tgħid, ma ddejjaq lil ħadd bi kliemek.
Kategoriji: il-kliem
Qwiel relatati
Kliem sigriet la għali u lanqas inkwiet.
Jekk għandek sigriet żommu, sabiex tevita l-inkwiet u ma jiddispjaċikx.
Bil-kliem biss ma nagħmlu xejn.
Ma jsirx xogħol bil-paroli.
Min mit-tiben jagħmel in-nar ma jiħux ħlief duħħan.
Il-paroli fil-vojt u l-ftaħir m'għandhomx valur.
Min ma jismax bil-kelma ma jismax bid-daqqiet.
Għalxejn tuża l-vjolenza biex tikkonvinċi lil xi ħadd.
Il-kliem il-mistur nofsu maħfur.
Meta tgħid jew tagħmel xi ħaġa ħażina, ara li ma terġax biex dak li tkun għamilt jew għedt jintesa bil-mod il-mod.
