Għedt kelma u swietli mija, li m’għedt xejn swietli mitejn.Qis kliemek u tgħidx iżjed minn kemm imissek.
La tgħidx kulma taħseb u la turix kulma taf.Tippruvax turi kemm inti għaref għax malajr toħroġ ta' prużuntuż jew iqabbduk tagħmel xi biċċa xogħol li ma kontx qed tistenna.
Il-kliem fieragħ ma jimliex l-imtieraħ.Dak li tagħmel jgħodd, mhux dak li tgħid. Imtieraħ huwa l-plural ta' mitraħ (= saqqu).
Il-kliem bħaċ-ċirasa, waħda ġġib l-oħra.Kelma ġġib oħra, u minn ftit kliem tispiċċa tagħmel diskursata sħiħa.