Kliem sigriet la għali u lanqas inkwiet.Jekk għandek sigriet żommu, sabiex tevita l-inkwiet u ma jiddispjaċikx.
Il-barri jintrabat minn qrunu u l-bniedem minn kelmtu.Bniedem rispettabbli ma jerġax lura minn kelmtu, għax li jkun qal ikun qalu b'intenzjoni.
Il-miktub fis-sema ma jħassru ħadd.Il-kitba mhix astratta bħall-kliem, mela oqgħod attent x’tikteb u x’tiffirma f’ismek għax ‘il quddiem jaf jiddispjaċik.
Ma nsilekx biex ma ssilnix.Ma nagħmilx ftehimiet legali bil-miktub miegħek biex ma jkollix obbligi lejk. Ma nsilekx tfisser ma ndejnekx, u ma ssilnix tfisser ma nkux obbligat.
Ħaġa li ma tixraqx tagħmilhiex u kelma li tisma’ d-dar la ttennihiex.Ġib ruħek tajjeb u qis kliemek, tikxifx dak li jingħad id-dar.