Jekk ma tikolx it-tewm, ma ġġibx riħet it-tewm.Jekk toqgħod attent xi tgħid, ma ddejjaq lil ħadd bi kliemek.
La tgħidx kulma taħseb u la turix kulma taf.Tippruvax turi kemm inti għaref għax malajr toħroġ ta' prużuntuż jew iqabbduk tagħmel xi biċċa xogħol li ma kontx qed tistenna.
Il-hejm u l-ħlewwa jegħlbu d-dnewwa.Tikkonvinċi lin-nies iżjed malajr bil-ħlewwa milli bl-aggressività. Hejm tfisser persważjoni u dnewwa tfisser vjolenza.