Il-kliem minn widna jidħol u mill-oħra joħroġ.Tista' mhux tgħid, għax min ma jridx jagħti kasek mhux ser jisma' minnek.
Il-kaħli, jekk tisma’ kliemek, ma tmigħekx ma’ xliefek.Meta ma tgħid xejn jirnexxilek iżjed tasal fejn trid. Il-kaħli tip ta' ħuta li titgerrex ħafna.
Il-kliem bħaċ-ċirasa, terfa’ waħda, ittella’ qoffa.Kelma ġġib oħra, u minn ftit kliem tispiċċa tagħmel diskursata sħiħa.