L-iskarpan dejjem b’żarbun imqatta’.Tant tkun moħħok biex taqdi jew tikkuntenta lill-oħrajn li tispiċċa tinsa lilek innifsek.
Il-kavallier irejjex fuq is-swar u l-qaħba minn ġol-loġġ tixgħel in-nar.Il-kavallieri xorta kienu jgħixu ħajja ta' promiskwità, minkejja l-vot ta' kastità li kienu jieħdu. Irejjex tfisser jistad, li f'dan il-każ tfisser imur ifittex il-pjaċiri sesswali.