Il-midjun u d-dejjien ftit jaqblu flimkien.In-nies li għandhom interessi opposti ftit li xejn jistgħu jaqblu.
Ġebla samma ma tintaġarx.Bniedem li għandu karattru diffiċli jew ħażin ma jitranġa qatt. Samma tfisser iebsa u ma tintaġarx tfisser ma titranġax.
L-ispiżjar milli jkollu jtik.Jekk taf li xi ħadd għandu tip ta' karattru, qisu ta' li hu u tistenniex imġiba differenti.
Il-far fejn ma jilħaqx bi lsienu jilħaq b’denbu.Min iħaddem rasu jkun jaf minn fejn għandu jgħaddi biex jikseb li jrid.