Ibża’ minn dak li għandu għonqu mgħawweġ.Oqgħod attent minn min ikollu xi tip ta' żvantaġġ, għax jaf ikun webbes qalbu.
Illum baram lil wieħed, għada jiftel lill-ieħor.Qatt m'għandek tafda bniedem ħażin. Jiftel hawn tfisser iqarraq.
Dak li ma jidħolx fi mnieħrek ħa jidħol fi mnieħer nannuk.Ħu ħsieb tal-affarijiet tiegħek u tilħaqx salib ħaddieħor.
Kif trabbi fiċ-ċkunija, issibu fix-xjuħija.Dak li tkun drajt bih minn ċkunitek jibqa' miegħek ħajtek kollha.
Min imiss iż-żift jiċċappas.Min jagħmilha ma' nies ta' karattru ħażin, jieħu l-influwenza ħażina u jsir bħalhom.
Mill-għira taħbel il-ħanżira.L-għira tant hi qawwija li ġġegħelna naħsbu u naraw affarijiet li ma jkunux veri.