Ħadd ma jara ħotobtu għax jaqa’ u jmut zoptu.Tidħaqx bid-difetti ta' ħaddieħor għax id-difetti tiegħek huma ferm akbar.
Ġurdien qluqi qatt ma jsir far.Hemm min m’għandux kwiet, il-ħin kollu jibdel u jbiddel. Ma ssibx stabbiltà u trankwillità hekk. Qluqi tfisser imferfex.
Min imiss iż-żift jiċċappas.Min jagħmilha ma' nies ta' karattru ħażin, jieħu l-influwenza ħażina u jsir bħalhom.