Min jagħmilha ma' nies ta' karattru ħażin jitħawwad.
Qwiel relatati
Min ma jiflaħx ratal ma jiflaħx wiċna.
Min ma jiflaħx għal ftit żgur li mhux kapaċi jiflaħ għal ħafna. Wiċna tirreferi għall-ħsad tal-uċuħ tar-raba'.
Min idarri jħarri.
Jekk ma tgħinx lil ħaddieħor jegħleb il-vizzji tiegħu, tkun qed tkun kompliċi mad-deni li jagħmel lilu nnifsu. Iħarri tfisser iħassar.
Kulħadd milli għandu jagħti.
Tistenniex affarijiet mingħand min taf li ma jistax jagħtihomlok.
Minn bassa jogħxa u minn fiswa miet.
Bniedem ta' karattru dgħajjef jibża' minn kollox u ma jagħmilx kuraġġ.
Kulħadd b’xi lula, sal-qamar ta’ belula.
Kollha kemm aħna għandna xi difett (= lula), mill-iżjed bniedem intelliġenti sal-aktar wieħed baħnan (= il-qamar ta' belula).
