Jien bħas-sellum taż-żina, la ma teħtiġux tarmih fil-kantina.Hemm nies li jkellmuk biss meta jkollhom bżonn xi ħaġa mingħandek jew biex jinqdew bik. Iż-żina f'dan il-każ tfisser il-festa.
Min għandu l-għali jkompli jżidu.Min jgħir ma jkunx jiflaħ jara lil ħaddieħor aħjar minnu; problema tiegħu mhux tiegħek.
Min jiskonġra jrid ikun pur.Ara li jekk ser tikkritika lil ħaddieħor fuq xi difett ma jkollokx inti stess l-istess difett. Tiskonġra tfisser teżorċizza.