Min hu supperv ma jkunx lest jitgħallem, u jibqa' injorant.
Bniedem bla ħila ma jiswiex tebaq fwiedu.
Bniedem jintgħażel mill-oħrajn skont il-ħiliet u l-kuraġġ tiegħu.
Kategoriji: il-karattru
Qwiel relatati
Minn bassa jogħxa u minn fiswa miet.
Bniedem ta' karattru dgħajjef jibża' minn kollox u ma jagħmilx kuraġġ.
Il-ħmar iwaħħal f’denbu.
Qed jgħajjar lil ħaddieħor bid-difetti tiegħu stess.
Kulħadd ifittex isammar musmaru.
Kulħadd lejn l-interessi tiegħu jħares.
Min jagħmilha man-nuħħala t-tiġieġa tgerfxu.
Min jagħmilha ma' nies ta' karattru ħażin jitħawwad.
Il-qattus aħrax isib il-qattus dgħajjef.
Hemm min jagħmel l-arja ma' min hu aktar dgħajjef minnu.
