Kulħadd b’xi lula, sal-qamar ta’ belula.Kollha kemm aħna għandna xi difett (= lula), mill-iżjed bniedem intelliġenti sal-aktar wieħed baħnan (= il-qamar ta' belula).
Il-korla ta’ filgħaxija ħalliha għal filgħodu.Tiħux deċiżjonijiet mgħaġġla meta tkun irrabjat, stenna sakemm tikkalma.
Ġebla samma ma tintaġarx.Bniedem li għandu karattru diffiċli jew ħażin ma jitranġa qatt. Samma tfisser iebsa u ma tintaġarx tfisser ma titranġax.