Saqqi, oħti, u baqqi lil dak il‑ħabaq għadsi.
Dari xebba kienet toħroġ fit‑tieqa l‑ħabaq għadsi (Ocimum basilicum) biex turi li lesta għaż‑żwieġ, sakemm xi ġuvni juri interess fiha. Sadanittant, kien ikollha tibqa' tieħu ħsieb il‑ħabaq billi tbaqqih (jiġifieri ssaqqih ħafna).