B'mod speċjali dari, meta armla ma kenitx tkun trid titgħabba bir-responsabbiltà li tgħajjex lil uliedha, kienet tfittex raġel ieħor biex jgħajjex hu lilha u lil uliedha. Qamla tfisser rimja f'dan il-kuntest, bħallikieku l-armla hija siġra li ma tridx tagħmel frott, u...
Min iżżewweġ u reġa’ bdielu; min baqa’ ġewwa xejn ma swielu.
Ħmar tajjeb jinbiegħ f’pajjiżu.
L-imħabba sibha ma' xi ħadd li jkun mill-istess raħal tiegħek, ikollok inqas problemi.
Meta l-faqar jidħol mit-tieqa, l-imħabba toħroġ mill-bieb.
Il-faqar jaf ikisser l-imħabba.
Meta xebba għaż-żwieġ mixħuta, tixxabbat ma’ xi tuta biex biha tikseb f’butha.
Xebba li tkun tixtieq tiżżewweġ, jeħtieġ li taħdem biex taqla' l-flus sabiex tgħajjex il-familja.
Agħti ruħek għan-namur u d-dinja ħalliha ddur.
Ħobb lil min trid u ħalli n-nies jgħidu.
Min jitlef martu bil-ħaqq ma ssibux kuntent.
Id-divorzju u s-separazzjoni jġibu magħhom ħafna dwejjaq.
L-imħabba oħt il-ġenn.
L-imħabba ġġiegħlek tagħmel il-ġennati.
L-imħabba għamja.
L-imħabba m’għandhiex loġika.
L-imħabba żejda telf id-dehen.
L-imħabba ġġiegħlek tagħmel il-ġennati.
Miġja ta’ ħabibtek, risq iġġiblek.
Meta tiġi l-maħbuba tiegħek, tnessik id-dwejjaq kollha li jkollok.
Kulħadd jifraħ bl-għarusa tiegħu.
Kulħadd jifraħ b'dak li għandu - l-għarus(a), ix-xogħol, id-dar, il-familja, eċċ.
Armel u mrabbab ma fiex xi ttellet.
In-nisa ma jkunux iridu rġiel romol li diġà jkollhom it-tfal.
Il-bews bħal-lewż, ma jxebbgħek qatt.
Il-bews irriduh il-ħin kollu.
Kemm hu iblah dak li lill-mara qabel il-waqt jikxfilha l-qargħa.
Raġel m'għandu qatt juri lill-mara kemm għandu flus qabel jiżżewweġ, biex me teħdux għall-flus. Il-qargħa tirreferi għall-kaxxa tal-flus.
Meta tkun se tiżżewweġ, jekk ma tkunx miġnun, tiftakar li għad trid tbennen u tiġġennen.
Il-ħajja miżżewġa u t-trobbija tat-tfal jitolbu sagrifiċċji kbar.
Jiżżewweġ biex jieħu r-ruħ u l-mara toqtlu bil-ġuħ.
Il-ħaġa mill-ħażin marret għall-agħar.
Li kieku s-sbieħ jiżżewġu kollha, fuq il-koroh taqa’ l-folla.
Imbilli tkun fiżikament attraenti ma jfissirx li se togħġob lil kulħadd.
Ċanfira li tidher aħjar mill-imħabba moħbija.
Min tassew iħobbok, iċanfrek għall-ġid tiegħek.
Din hi l-għarusa; jekk togħġbok aqbadha u jekk ma togħġbokx ħallini nraqqadha.
Meta ma jkollokx għażla, jew tieħu li hemm jew ibqa' b'xejn.
Meta tiżżewweġ il-qamar bik ibewweġ.
Superstizzjoni li l-qamar kwinta jgħin lill-mara li tkun għadha tiżżewweġ tkun aktar fertili.
L-imħabba żejda telf id-dehen.
L-imħabba ġġiegħlek tagħmel il-ġennati.