Bewsa tkun tfisser iżjed meta tiġi b'tgħanniqa.
Min għandu l-bniet jeħtieġ l-utied.
Dari min kellu l-bniet kien ikollu jaħsbilhom għad-dota. Utied huma tip ta' msiemer tal-injam biex iddendel il-ħwejjeġ magħhom.
Kategoriji: iż-żwieġ
Qwiel relatati
Mar-rabta taż-żwieġ l-omm taħseb għall-meħtieġ.
Dari l-ommijiet kienu jaħsbu għad-dota ta' binthom meta titgħarras.
Inħobbok daqs nwar il-ful, issa li drajtek sejra tmur.
Ir-relazzjoni jew iż-żwieġ ma jirnexxix jekk il-karattri tal-koppja ma jkunux jaqblu. Inħobbok daqs nwar il-ful tfisser nistmerrek.
Iż-żwieġ dulliegħa.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal meta ma tkunx taf kemm hi tajba dulliegħa qabel taqsamha.
M’hemmx għalfejn tkun ħażin biex idduq it-tin.
Ir-relazzjonijiet sesswali mhumiex biss promiskwità. It-tin jirreferi għall-warrani.
Min iżżewweġ reġa’ bdielu u l-ġuvni l-qamel kielu.
Min iżżewweġ iddisjpaċieh u ma min ma żżewwiġx iddispjaċieh ukoll, jiġifieri fid-dinja m'hemmx kuntentizza.
