Għaref f’raħlu mhux mismugħ, jitkellmu warajh biex imaqdruh.Xi membri tal-familja ma jġibulekx rispett.
Kliem ix-xiħ żomm fih.Agħti widen lill-anzjani, il-pariri tagħhom imsejsa fuq l-esperjenza tal-ħajja.
Il-bluha fuq kulħadd u l-għerf ma jilħqu ħadd.L-għerf huwa impossibbli tilħqu, il-bniedem jgħum fil-bluha biss jaf.