L-għerf jirfina u n-nies tirvina.Il-bniedem qiegħed kulma jmur isir iżjed għaref, iżda fl-istess ħin qiegħed ukoll isir iżjed makakk u manipulattiv.
Miġnun tassew ibża’ minnu, imma miġnun taparsi aħarabu.Hemm min hu iblah u hemm min jilgħabha tal-iblah biex iqarraq bik.
Ix-xieref tieref, ħareġ mingħand il-għaref u daħal għand dak l-iblah.Min għandu naqra sens f'moħħu malajr jagħmel li jrid bl-injorant. Xieref tfisser żiemel xiħ u tieref tfisser bla valur.
Il-bluha fuq kulħadd u l-għerf ma jilħqu ħadd.L-għerf huwa impossibbli tilħqu, il-bniedem jgħum fil-bluha biss jaf.
La teħodhiex ma’ min jaqra fl-istess ktieb.Tippruvax turi li inti iżjed għaref minn min ilu midħla fil-qasam ħajtu kollha.
Għall-faqsi xejn la tistaqsi.Dari kienu jemmnu li min għandu xagħru ħamrani (faqsi) mhux intelliġenti.