Il-fqir dejjem għandu bżonn min jgħinu. Ilħiħ tfisser rgħib.
Qwiel relatati
Min iżoqq il-ħalq jintef il-leħja.
Xi nies jonfqu iżjed flus minn kemm jifilħu biex jippruvaw ilaħħqu ma' ħaddieħor.
Kellu s-sħiħ u għamlu riħ.
Berbaq flusu kollha.
Ilbieraħ ibigħ il-marinat u llum ta’ abbet għax it-trovatura sab.
Hemm min jirnexxilu jagħmel suċċess biż-żmien. Abbet tfisser sinjur u trovatura tfisser teżor.
Bil-grazzi ma timliex żaqqek.
Meta tagħti servizz lil xi ħadd, tistenna li titħallas għax bil-grazzi biss ma tgħixx.
Għall-għera u għall-għar il-fqir jitrekken id-dar.
Min m'għandux flus jippreferi ma jurix billi ma joħroġx fid-deher. L-għera tissimbolizza l-faqar u għar tfisser mistħija.
