Jekk iġġemma' l-flus u ma tberbaqx kollox, issibhom wara.
Minn midjien ħażin ħu, imqar weraq tat-tin.
Mingħand min jafek il-flus u taf li ma jistax iroddlok kollox lura, ħu li tista'.
Kategoriji: il-flus
Qwiel relatati
Min m’għandux jgħix ma’ min għandu.
Qis li tgħin lil min hu inqas ixxurtjat minnek fil-flus, eċċ.
Fejn iżżarrad iċċarrat.
Min m'għandux flus kull ftit li jkollu jonfoq joħroġ minn qalbu.
Dak li jħarbat u jqatta’ ma jibqagħlux biex jitgħatta.
Min iħarbat il-flus ma jifdallu xejn.
Biex il-fqir jara xi faraġ il-fekruna trid titla’ t-taraġ.
Diffiċli ħafna li l-fqir isir sinjur, ix-xorti mhux dejjem tidħaqlu.
Il-ġuħ itejjeb il-ħobż.
Meta tkun nieqes minn xi ħaġa, tapprezza ħafna iktar meta tasal.
