B’daqshekk il-bastiment mhux ser jagħmel l-ilma.Billi tonfoq naqra iżjed flus f'xi ħaġa, m'intix ser tiżbanka.
La twaħħalx musmar f’dar is-sultan.Tagħmilx xogħol f'post li tkun qed tikri, għax xejn ma tgawdi minnu u l-flus li tkun infaqt.
Min isielek sidek.Min isellfek il-flus jispiċċa jikkontrollalek ħajtek għax ikollok id-dejn miegħu. Isielek tfisser isellfek.
Mal-ewwel tisfira ħalli t-tifkira.Dari l-prostituti kien ikollhom raġel magħhom li malli jsaffrulu, jieħu ħsieb li l-klijent li jkun ħiereġ ikun ħallas. Tifkira tirreferi għall-flus.
Għad li marru l-ħwietem baqgħu s-swaba’.Ma jimpurtax jekk spiċċajt bla flus, erġa' ibda aħdem għalihom. Il-ħwietem huma ċ-ċrieket.