L-għaks jiżrob il-qalb.

Il-faqar iġib id-dwejjaq. Jiżrob ġejja minn żarab, li tfisser opprima.
Kategoriji: il-faqar | il-flus

    Aktar ma niekol, inqas nara.

    Jekk tiekol l-ikel kollu li jkollok fil-platt ma tibqax tarah, bl-istess mod li jekk tonfoq ġidek kollu ma jifdallek xejn.

    Min ippleġġa jkollu jħallas.

    Bħal min ikun intrabat li jħallas pleġġ, hekk ukoll ikollok iżżomm kelmtek meta twiegħed jew tintrabat b'xi ħaġa.

    Mal-ewwel tisfira ħalli t-tifkira.

    Dari l-prostituti kien ikollhom raġel magħhom li malli jsaffrulu, jieħu ħsieb li l-klijent li jkun ħiereġ ikun ħallas. Tifkira tirreferi għall-flus.

    Pin It on Pinterest