Ix-xebgħan ma jagħdirx lill-ġewħan.Min għandu ħafna flus (= ix-xebgħan, imxebba' minn kollox) ma jagħdirx lil min m'għandux (= il-ġewħan, bil-ġuħ).
Min iraqqa’ jogħla f’daqqa.Min jagħti kas ħwejġu u jieħu ħsiebhom ifaddal iżjed flus minn min il-ħin kollu jixtri l-ġdid.
Ilbieraħ ibigħ il-marinat u llum ta’ abbet għax it-trovatura sab.Hemm min jirnexxilu jagħmel suċċess biż-żmien. Abbet tfisser sinjur u trovatura tfisser teżor.
L-għaqal għandek u l-flus għandi, u biż-żmien għad teħodhomli.Jekk tkun bil-għaqal taqla' l-flus, iżda l-għaqal ma tixtrihx bil-flus.