Jekk tagħmel il-kont, il-borma ma ssajjarx.Ma tridx tagħti kas kemm tonfoq fl-ikel, għax jiswa ħafna flus.
Min jitolbok ħabba agħtih tnejn u keċċih.Min jiffittak fuq xi ħaġa, ikkuntentah ħalli jitlaq 'l hemm u jħallik bi kwietek. Ħabba kienet munita li kienet tintuża Malta fi żmien il-ħakma Ingliża.
Il-flus la jgħajtu u lanqas iwerżqu.Qatt ma tista’ tkun taf dak li jkun kemm għandu flus, jew kemm hu bniedem twajjeb.
Aħjar is-sisija mill-ħrit biż-żewġ fil-Ħemsija.Aħjar minn jittallab għall-flus u jiddobba hekk, minn min irid ibati biex jaħdem ir-raba'. Sisija tirreferi għall-ġbir tal-flus.
Is-sinjur imutulu t-tfal u l-fqir imutlu l-ħmar.Dari min ma kellux flus u kien imutlu l-ħmar, kienet xi ħaġa kbira - daqslikieku mietlu tifel. Normalment, is-sinjuri kienu jmutulhom it-tfal.