Aħjar ħobż u ġobon milli torta inkwiet.Aħjar tgħix ħajja ta' fqir milli tkun tal-flus u mifni bl-inkwiet.
La tislifx lil min ma tistax tħarrek għax titqarraq.Issellifx flus lil min taf li ma jistax iroddhomlok lura, lanqas jekk tiftaħlu kawża l-qorti.
Il-ħobż artab biex tieklu, iżda iebes biex taqilgħu.Biex taqla' l-flus diffiċli, iżda biex tonfoqhom faċli ħafna.
Ilbieraħ ibigħ il-marinat u llum ta’ abbet għax it-trovatura sab.Hemm min jirnexxilu jagħmel suċċess biż-żmien. Abbet tfisser sinjur u trovatura tfisser teżor.
Is-silla kibret u l-ħmar tiegħi ma jsibx jirgħa.Għal xi nies sfortunati, ta' madwarhom ifuru bil-ġid u huma jibqgħu b'xejn.
Meta l-missier jagħmel Karnival, l-ulied jagħmlu r-Randan.Meta l-missier ma jkunx bil-għaqal fil-flus, tbati l-familja kollha.