Tapprezza l-valur tal-flus meta tkun ħdimt għalihom.
Il-flus qegħdin biex tonfoqhom.
Avolja jkollok il-flus, trid tkun taf tgawdihom.
Kategoriji: il-flus
Qwiel relatati
Il-ħobż iebes jew is-sikkina ma taqtax.
Min ma jaqlax biżżejjed flus ma jistax jgħix komdu.
Aħdem imqar ftit u għodd mal-battal.
Aħjar taħdem għal ftit flus milli toqgħod ma tagħmel xejn.
Mejda tajba, testment ħażin.
Min jonfoq il-flus li jkollu, lill-werrieta tiegħu ma tantx iħallilhom.
Min jitolbok ħabba agħtih tnejn u keċċih.
Min jiffittak fuq xi ħaġa, ikkuntentah ħalli jitlaq 'l hemm u jħallik bi kwietek. Ħabba kienet munita li kienet tintuża Malta fi żmien il-ħakma Ingliża.
Għal min tagħmel tajjeb ħallas.
Ladarba tkun ħadt deċiżjoni, jeħtieġ li tkun responsabbli u żżomm magħha.
