L-għaqal għandek u l-flus għandi, u biż-żmien għad teħodhomli.Jekk tkun bil-għaqal taqla' l-flus, iżda l-għaqal ma tixtrihx bil-flus.
Jekk m’għandekx żejt fid-dlam torqod.Bħalma jkollok id-dlam jekk ma jkunx hemm żejt fil-lampa, l-istess jiġrilek meta tkun bla flus.
Ħajja dejjem imxuma aħjar il-mewt minnha.Aħjar tmut milli tgħix fil-miżerja. Imxuma tfisser miżerabbli.