Is-silla kibret u l-ħmar tiegħi ma jsibx jirgħa.Għal xi nies sfortunati, ta' madwarhom ifuru bil-ġid u huma jibqgħu b'xejn.
Ħmar taqilgħu tikxiflux snienu biex tara kemm snin għandu.Jekk xi ħadd għoġbu jagħtik xi ħaġa bla ħlas, irringrazzjah u toqgħodx tistaqsih ħafna mistoqsijiet dwarha.
Fejn tqarrem il-mogħża jinsteħet.Min m'għandux flus jaħtaf kulma jsib quddiemu. Tqarrem tfisser tgerrem.
Il-flus jagħmlu l-flus, u d-dud jagħmlu d-dud.Min għandu l-flus jista’ jagħmel li jrid, u min m'għandux jibqa’ b’xejn.