Għad li marru l-ħwietem baqgħu s-swaba’.Ma jimpurtax jekk spiċċajt bla flus, erġa' ibda aħdem għalihom. Il-ħwietem huma ċ-ċrieket.
Fil-qorti r-rebbieħ tellief.Tiftaħ kawża l-qorti tant fiha spejjeż li jekk tirbaħha xorta tkun tlift ħafna flus.
Min għandu jiswielu u min m’għadnux jibdielu.Min m'għandux flus ma jkampax. Jibdielu jiġifieri jiddispjaċih.