Għad li marru l-ħwietem baqgħu s-swaba’.Ma jimpurtax jekk spiċċajt bla flus, erġa' ibda aħdem għalihom. Il-ħwietem huma ċ-ċrieket.
Il-flus u l-qdusija t-tnejn moħbija.Qatt ma tista’ tkun taf dak li jkun kemm għandu flus, jew kemm hu bniedem twajjeb.
L-għani u l-ħanżir jitwieżnu fid-debħa.Qatt ma tista' tkun taf eżatt kemm għandu flus xi ħadd qabel mewtu, bl-istess mod li ma tistax tkun taf kemm se ddaħħal flus minn ħanżir qabel toqtlu. Debħa hija l-qatla.