Ilbieraħ ibigħ il-marinat u llum ta’ abbet għax it-trovatura sab.Hemm min jirnexxilu jagħmel suċċess biż-żmien. Abbet tfisser sinjur u trovatura tfisser teżor.
Aħjar nagħmillek libsa nkella nitimgħek.Lil min iħobb żaqqu tiffranka l-flus jekk tonfoqlu l-flus fil-ħwejjeġ milli fl-ikel.
La tislifx lil min ma tistax tħarrek għax tinħan.Issellifx flus lil min taf li ma jistax iroddhomlok lura, lanqas jekk tiftaħlu kawża l-qorti.
Is-sinjur imutulu t-tfal u l-fqir imutlu l-ħmar.Dari min ma kellux flus u kien imutlu l-ħmar, kienet xi ħaġa kbira - daqslikieku mietlu tifel. Normalment, is-sinjuri kienu jmutulhom it-tfal.
Min għandu jiswielu u min m’għadnux jibdielu.Min m'għandux flus ma jkampax. Jibdielu jiġifieri jiddispjaċih.
Għall-fqir il-qamar musbieħ u l-basal tuffieħ.Hemm min tant m'għandux biex li lanqas il-bażiku bħad-dawl (il-musbieħ) u l-ikel (it-tuffieħ) ma jaffordja.