Min jagħmel wisq għal żaqqu jispiċċa b’kiftejh mikxufa.Min jonfoq ħafna flus għalxejn fl-ikel ma jkollux biex jagħmel affarijiet oħra.
Ħmar imgħobbi bil-flus imur bihom fil-miżbla fejn hu mdorri.L-injorant ma jafx jiddistingwi bejn x'inhu ta' valur u x'mhux.
Min iħarbat u jqatta’ ma jibqagħlux biex jitgħatta.Min iħarbat il-flus ma jsibhomx meta jiġi bżonnhom u jbati.
Min għandu ż-żejt ma jorqodx fid-dlam.Min għandu l-flus ma jbatix, bħal min dari kien ikollu ż-żejt biex jixgħel il-lampa meta jidlam qabel daħlet il-luċelettrika.
Il-midneb wara li jiekol jibred.Min jibda mix-xejn u jagħmel suċċess, hemm ċans li jitlagħlu għal rasu u jitkabbar. Jibred hawn tfisser li ma jibqa' jimpurtah minn xejn.