Mhux billi twaħħal l-ixkaffa, trid tqiegħed il-ħobż fuqha wkoll.Għall-għamara u t-tiżjin fid-dar ukoll irid ikollok il-flus.
L-għaks f’dar il-fqir kwadri indurati.Meta ma jkollokx mezzi u ssib ftit flus f'idejk, titkessaħ bihom.
Li fis-sajf iġġorr in-nemla, fil-ħarifa tkaxkru l-ħamla.Inti taħdem u tistinka biex tfaddal, u l-membri ingrati ta' familtek iberbqulek kollox. Il-ħamla huwa dak kollu li jġorr miegħu l-ilma meta tagħmel ħafna xita.