Il-ħitan tal-ħaġar lebsin u l-iġsma għarwenin.Jekk tberbaq flusek f'affarijiet bla bżonn, tispiċċa lanqas flus għall-bażiku ma jifdallek.
Min iħarbat u jqatta’ ma jibqagħlux biex jitgħatta.Min iħarbat il-flus ma jsibhomx meta jiġi bżonnhom u jbati.
Min għandu ż-żejt ma jorqodx fid-dlam.Min għandu l-flus ma jbatix, bħal min dari kien ikollu ż-żejt biex jixgħel il-lampa meta jidlam qabel daħlet il-luċelettrika.