Bil-flus tagħmel il-kapriċċi kollha li trid.
Qwiel relatati
Il-flus imorru u jiġu.
Jekk titlef il-flus, dejjem tista’ terġa’ taħdem għalihom.
La tislifx lil min ma tistax tħarrek għax tinħan.
Issellifx flus lil min taf li ma jistax iroddhomlok lura, lanqas jekk tiftaħlu kawża l-qorti.
Bla flus la tgħannaq u lanqas tbus.
Bla flus imkien ma tasal.
Il-ġuħ qabel ir-ruħ.
Ir-reliġjon mhix biżżejjed meta tkun f'sitwazzjoni finanzjarja miżerabbli.
Min m’għandu xejn ogħna mir-re.
Min m'għandu xejn jgħix iżjed kuntent minn min għandu ħafna flus, proprjetà, investimenti, eċċ. li jkun spiċċa skjav tagħhom. Ogħna tfisser aktar għani.
