Fl-antik il-flus tad-dota kienu importanti ħafna fiż-żwieġ; is-sbuħija tal-mara ma kenitx biżżejjed.
Qwiel relatati
Il-flus żerriegħa rqiqa, ma ssibhomx f’idejk.
Il-flus malajr jisparixxu malli tibda tonfoqhom.
Aħjar għerfek minn mielek.
Aħjar tkun bniedem intelliġenti minn bniedem tal-flus. Mielek tfisser ġidek.
Ħlas bil-meher u t-tiġbid jieħu qligħ l-imgħax.
Jekk sellift il-flus qis li jħallsuk l-imgħax (= l-interessi) ukoll, u taċċettax l-iskużi ta' min joqgħod iġebbed u jgħidlek li se jħallsek wara (=bil-meher).
Minn surtek tidher għobortok.
Il-miżerja ta' min ma jkollux flus biex jgħaddi tkun tidher anke f'persuntu. Għobortok tfisser il-miżerja tiegħek.
Fil-qorti r-rebbieħ tellief.
Tiftaħ kawża l-qorti tant fiha spejjeż li jekk tirbaħha xorta tkun tlift ħafna flus.
