Aħjar taqtagħlu libsa milli tistiednu.Lil min iħobb żaqqu tiffranka l-flus jekk tonfoqlu l-flus fil-ħwejjeġ milli fl-ikel.
Li jonqos fil-qadd imur fiż-żaqq.Min m'għandux flus irid jagħżel bejn jixtri x'jiekol u jixtri x'jilbes.
Il-midneb wara li jiekol jibred.Min jibda mix-xejn u jagħmel suċċess, hemm ċans li jitlagħlu għal rasu u jitkabbar. Jibred hawn tfisser li ma jibqa' jimpurtah minn xejn.