Ħu xi ħaġa fl-ewwel żjara li ġejt, biex ma jidħollix il-far.Superstizzjoni: dari kienu jemmnu li meta tistieden lil xi ħadd għall-ewwel darba f'darek, jeħtieġ toffrilu l-ikel u dan għandu jaċċettah għax jekk le, jidħol spirtu ħażin f'għamla ta' far fid-dar u jġib il-fell (risq ħażin).
Dari dari u darek darek; mieli mieli u mielek mielek.Kulħadd jieħu ħsieb dak li hu tiegħu u għandu jagħmel l-istess b'ta' ħaddieħor.
It-tfal iż-żgħar uġigħ ta’ ras; it-tfal il-kbar uġigħ il-qalb.Meta t-tfal ikunu żgħar iweġġgħulek rasek bl-għajat, iżda meta jikbru jweġġgħulek qalbek b'azzjonithom.