Dari min kien jaf iħit kellu xorti, għax kien ilibbes il-familja mingħajr ma jonfoq ħafna flus.
Qwiel relatati
Ġaħan beda minn qrabatu.
L-ewwel tagħlim dwar x'inhu tajjeb u ħażin mid-dar tieħdu.
M’hemmx għedewwa eqqel minn ta’ ġewwa.
Ikunu n-nies ta' familtek stess li jħassrulek jew jaqtgħulek qalbek milli tilħaq l-għanijiet tiegħek.
It-tifel jixbah lil missieru.
L-ulied dejjem joħorġu jixbhu lill-ġenituri tagħhom.
Dar il-għażżien tistgħalla l-brimba.
Min hu għażżien u ma jnaddafx ikollu l-ħmieġ fid-dar. Tistgħalla jiġifieri tgawdi.
Li kont ħabbejtni, kieku mill-bajda raddajtni.
Jeħtieġ li t-tfal tikkoreġihom minn ċkunithom. F’dan il-qawl, il-ħalliel adult qed iċanfar lil wieħed mill-ġenituri tiegħu talli m’għamilx dan. Raddajtni tfisser begħidtni.
