Il-ħajja tal-bnejta bħal mindil fil-bejta.Dari t-tfajliet kienu ddestinati li jbatu bix-xogħol tad-dar. Bnejta tfisser tfajla u mindil tfisser sarvetta.
Iż-żgħar ħobż u xuwa, il-kbar ħobż u duwa.Meta jkollok it-tfal, ikollok isseffaq wiċċek mal-problemi tagħhom ħajtek kollha. Xuwa hija xi ħaġa pjaċevoli u duwa hija mediċina.
Il-fula bint il-miżwed u r-razza tiġbed.L-ulied dejjem joħorġu jixbhu lill-ġenituri tagħhom, kemm mid-dehra kif ukoll mill-karattru.
Il-qurdien fi xfar għajnejn ommu jidher għażżiel.Il-ġenituri dejjem jaraw lil uliedhom bħala aħjar u isbaħ minn ulied ħaddieħor.