Il-ġewwieni jaħlik u l-barrani jisbik.Il-barranin jeħdulek saħħtek imma tal-familja jeħduhielek ħafna iżjed għax tħossok obbligat. Jisbik tfisser iġibek skjav.
Min jagħti ġidu f’ħajtu jaqla’ bil-mazza ta’ Kalabrajtu.Min f'ħajtu jagħti ġidu kollu lil uliedu għandu jkun lest għal diżappunti kbar, għax uliedu jkunu ħadu li riedu u jinsewh.
Jekk it-tfal tagħtihom il-lala, jitilgħu fuq rasek.It-tfal jagħmlu li jridu bik jekk ma żżommilhomx ir-riedni.
Il-qamar mimli imma le jsellimli.Meta l-mara ma tarax demm mestruwali, dan huwa sinjal li rnexxielha tinqabad tqila. Il-qamar mimli jirreferi għall-fatt li jkun għadda xahar.
La titlef ir-raġel ikollok tbakkar u tagħġen.In-nisa romol kienu jbati ħafna fl-antik biex irabbu familja.
Jien insib it-toqba u int iġġib il-wited.Fid-dar dejjem għandu jkun hemm post (= it-toqba) fejn terfa' l-ħwejjeġ. Wited tfisser feles.