Kulħadd jieħu ħsieb dak li hu tiegħu u għandu jagħmel l-istess b'ta' ħaddieħor.
Aħjar imreddgħa Qormija minn waħda Żebbuġija.
F’dar in-nies la tiftaħ bieb u la taqra ktieb.
F'dar ħaddieħor ma tistax taqbad u tagħmel li trid.
Dar il-għażżien tistgħalla l-brimba.
Min hu għażżien u ma jnaddafx ikollu l-ħmieġ fid-dar. Tistgħalla jiġifieri tgawdi.
Dar ġdida ikriha lill-għadu tiegħek.
Trid ħafna flus biex timla dar ġdida.
Fuq il-binnija jidden is-serduq.
Il-kumdità u s-serħan ta' darek ma ssibhom imkien iżjed. Il-binnija hija bejta tat-tiġieġa.
Kulħadd daru jfittex.
Il-paċi u l-kumdità ta' darek ma ssibhom imkien ieħor.
Is-slejjef jisiltu s-swejjef.
Fil-familji jaf jinħoloq ġlied kbir. Slejjef huwa l-plural ta' silf, jiġifieri r-raġel t'oħt il-mara. Swejjef huwa l-plural ta' sejf.
Kull razza għandha l-paljazza.
Kull familja għandha xi membru li jwaqqgħalha wiċċha l-art.
Kull dar fiha l-imrar.
F'kull familja ssib il-problemi.
Ma’ min qiegħed tgħix, la tgħabbihx.
Tqarraqx b'dawk li tkun tgħix magħhom.
It-tfal ħobbhom u turihomx.
Id-dixxiplina turi mħabba għat-tfal.
It-tfal, tfal ifittxu.
It-tfal ma' tfal oħra jridu jilagħbu, ma jimpurtahomx mill-ħajja tal-adulti.
F’daru kulħadd jagħmel li jrid.
F'darek għandek id-dritt tkun komdu bla ndħil.
Issemmi kemm issemmi dejjem ismek ittenni.
It-tfal tagħtihom ismijiet differenti iżda kollha kunjomok jieħdu.
Ħwejjeġ maħmuġin taħsilhomx barra.
Il-ħażin li jiġri d-dar tmurx tgħidu lil ħaddieħor.
Id-dar kollox jixtamba, sal-irmied tal-kenur.
M'għandekx tarmi bl-addoċċ għax forsi tiġi bżonnu fil-futur. Jixtamba tfisser li huwa bżonjuż.
Il-qmis eqreb miċ-ċeppun.
Għandek tgħin lil qrabatek qabel ma tgħin lill-barranin. Ċeppun tip ta' sidrija, li tintlibes fuq il-qmis.
Dar ġdida ikriha lill-għadu tiegħek.
Trid ħafna flus biex timla dar ġdida.
Kull min itewwem fil-ħelsien idewwem.
Il-ħlas ta' mara li jkollha tewmin idum. Itewwem tfisser ikollu tewmin.
Li taqla’ għalik u li tfaddal għat-tfal.
Trid tkun lest biex lil uliedek tagħtihom għajnuna finanzjarja meta jiġu bżonnha. Fuq kollox, huma jirtuk wara mewtek.
Tfal u bhejjem għali dejjem.
Dari l-familji kienu jbatu mhux biss biex irabbu l-bhejjem, iżda wkoll it-tfal.