Bin it-tifla tilqgħu f’ħiġrek u bin it-tifel tagħtih b’riġlek.Xi nanniet juru preferenzi bejn in-neputijiet.
Fuq il-binnija tidden is-sriedeq; kull ma tagħmel turix lil uliedek.L-affarijiet u l-kwistjonijiet ta' bejn il-ġenituri m'għandhomx isiru jafu bihom it-tfal. Il-binnija hija bejta tat-tiġieġa.
Li l-imdanna tħobb il-kenna, kien l-infern jinbidel f’ġenna.Il-kunjata (l-imdanna) u l-kenna (mart binha) ma jinħamlux.
Fiċ-ċokon ajma rasi u fil-kobor ajma qalbi.It-tfal iweġġgħulek rasek meta jkunu żgħar u jweġġgħulek qalbek meta jkunu kbar.
L-ulied huma biċċa mill-qalb.L-ulied dejjem jibqgħu f'qalb il-ġenituri tagħhom, anke meta joħorġu mid-dar.