Fenka mgħammra tagħtik għal fuq il-ġamra.Il-fniek ikollhom boton żrameġ kbir u għalhekk ikollok x'tiekol.
L-ilma tal-ħabel imur mal-ħabel.Il-bdiewa qatt ma jaqblilhom iqabbdu lil ħaddieħor biex isaqqilhom l-għelieqi, għax tiġihom wisq għolja. Ħabel jiġifieri għalqa.
Fejn tnibbet il-bagħla ma tifraħx żahra.Min xi ħaġa ħażina qatt ma toħroġ oħra tajba. Il-bagħla hija rimja minn siġra taċ-ċitru li ma tagħmilx frott.
Ilwi d-dielja meta għadha żarġuna.Il-karattru jissawwar fit-tfulija, bħal meta fergħa żgħira (żarġuna) tad-dielja tkun għadha tista’ tiltewa.